“Mhux faċli tgħix ma' persuna li ħajtu hi dedikata għan-nies,” beda l-eks preżentatur u membru parlamentari Jean Claude Micallef fuq il-midja soċjali. Kien qed jirreferi għall-maħbuba tiegħu Antonella, li jgħid li sar jafha miż-żmien tiegħu fix-xandir.

“Mal-mixja politika tiegħi m'għażlitx triq eħfef imma li timxiha miegħi... Bis-sabiħ u l-ikrah li ġġib magħha l-politika. F'mumenti koroh kemm inħares lejha u nkun nista nara ideat isbaħ kif naffaċċja l-ħajja.”

Kemm hu sabiħ li napprezzaw lill-maħbubin tagħna u dak kollu li jagħmlu għalina. Aħna nawguraw lil Onor. Jean Claude u Antonella aktar snin ta’ relazzjoni mill-isbaħ.

Facebook/Jean Claude Micallef


Nicole Barbara