L-editur eżekuttiv u ġurnalist tal-MaltaToday, Matthew Vella għadha minn xokk lbieraħ hekk kif ra lil bintu Zoe titajjar quddiem għajnejh. "Kienet fortuna kbira li x-xufier tal-karozza semgħani ngħajjat magħha hekk kif ħarġet tiġri fit-triq u bil-brake li ħa l-impatt fronatli ġie mtaffi" jikteb Matthew.

Zoe ma soffrietx ksur u bħalissa qiegħda l-isptar għall-48 siegħa taħt osservazzjoni. Matthew irringrazzja lil sħabu tal-Malta Today u l-ħaddiema tal-Phonebox li taw l-għajnuna neċessarja lil Matthew. Matthew pubblikament irringrazzja lill-Pulizija ta' Malta li kienu fuq il-post jidderieġu u jżommu l-kalma, kif ukoll it-tobba u l-infermieri ta' Mater-dei.

Matthew jagħlaq billi jgħid; "F’moħħi għandi mnaqqax l-istampa kerha ta’ Zoe tintlaqat quddiem għajnejja u mitfugħa ħames metri l-bogħod, stampa li kienet diġà ta’ spiss f’moħħi meta ngħidilha 'żommli idejja’, u sfortunatment saret reali".

Dejjem żomm għajnejk fuq it-triq u ħudu ħsieb! 

Pixabay / Matthew Vella / Facebook


Anthony Baldacchino