Wieħed mill-mistiedna ewlenin tal-programm Popolin ta’ illejla huwa Fr. Marcellino Mercieca, il-patri li għal dawn l-aħħar 3 snin laqgħa kważi 30,000 ruħ fis-sena sabiex flimkien mal-għaqda tiegħu offrewlhom ‘il fuq minn 120,000 ikla fl’hekk imsejħa Soup Kitchen fil-Belt Valletta.
Waqt il-programm Fr. Marcellino jqajjem bosta argumenti interessanti fejn fost l-oħrajn jispjega kif f’pajjiżna, bħal pajjiżi oħra, qedgħin naħlu ħafna ikel ta’ kull sena. Hu smat li f’Malta kull persuna taħli madwar 180KG ta’ ikel, biżżejjed sabiex nitmgħu darba u nofs il-popolazzjoni Maltija.
Id-diskussjoni waqt il-programm ser tħares lejn forom differenti ta’ faqar li insibu fis-soċjeta’ Maltija fejn dawk mistiedna ser ikunu qedgħin jiddiskutu r-realtajiet differenti u fuq kollox is-soluzzjonijiet li possibilment jeżistu sabiex jiġi imrazzan il-faqar.
Popolin ma’ Quinton Scerri jixxandar illejla fid-21.15pm fuq TVM.