Lelio Spiteri huwa surmast maħbub ħafna għall-entużjażmu u l-imħabba li għandu lejn xogħlu. Hekk kif issa l-ġurnata li t-tfal jibdew l-iskola qiegħda toqrob, Lelio ukoll jinsab ħerqan biex jerġa’ jara l-iskola mimlija ħajja wara l-vaganzi tas-sajf.

Din is-sena skolastika ser tkun il-11-il sena tiegħu bħala surmast, wara li għamel 5 snin bħala assistent kap. “Ikolli nistqarr li nħossni eċitat bħall-ewwel darba li rfist l-għatba tal-iskola, l-istess emozzjonijiet, ħolm, xewqat, entużjażmu, enerġija. Il-kuntatt ma' sħabi l-edukaturi u l-persuni li jaħdmu fl-iskola huwa fundamentali. Familja kbira kkulurita” kiteb Lelio fuq il-midja soċjali tiegħu.

Lelio u l-atitudni pożittiva tiegħu joħolqu ambjent ġmielu ġewwa l-iskola, u b’hekk huwa maħbub mill-istudenti kollha. Awguri Lelio, u dawk kollha li dalwaqt ser jirritornaw lura fil-klassi daqt!


Nicole Zammit