Kultant huwa sabiħ li nagħtu widen għal xi messaġġ tajjeb bħalma tefgħu fuq il-paġna Ftit Minn Kollox ilbieraħ. Messaġġ li jitkellem dwar l-importanza li bejn żewġ min-nies, bejn koppja, jkun hemm tim. Dak li għandu jsir, kwalunkwe ħaġa, importanti li jikkontribwixxu ż-żewġ persuni. Ir-rispett u l-imħabba jridu jiġu miż-żewġ naħat.

Per eżempju, "Jekk iħallas il-biljetti taċ-ċinema, jien nixtri l-popcorn u d-drinks. Jekk jaħsel il-ħwejjeġ, jien nitwi. Jekk jagħmel is-sodda, jien nagħmel il-kolazzjon. Jekk ifarfar u jiknes, jien naħsel l-art."

Il-messaġġ ikompli, "F'koppja r-responsabbiltajiet jinqasmu, u ma tistenniex li persuna waħda tagħmel kollox. It-tnejn għandhom jikkontribwixxu... F'tim b'saħħtu kulħadd jagħti sehmu."


Kyle Zarb