Bil-mod il-mod resqin lejn il-ħarifa u mal-ħarifa jiġi l-appuntament ta’ kull filgħaxija mad-drama televiżiva! Din is-sena għandna ħafna x’naraw!

Rewind Productions, fl-iskeda li ġejja se jkunu magħna bis-serje televiżiva ‘F’Ġieħ l-Imħabba’ li se tixxandar fuq TVM. F’din is-sensiela se nkunu qed naraw ħafna atturi bravi, uħud minnhom nafuhom, oħrajn uċuħ ġodda. Mill-pinna ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, il-bidu ta’ din is-serje televiżiva se jeħodna lura fil-ħamsinijiet.

Se nkunu qed insegwu l-familja Cuppola, li hija familja magħquda. L-aktar żewġ affarijiet importanti għall-kap ta’ din il-familja huma l-imħabba u l-protezzjoni ta’ familtu, u tal-għenba u l-inbid. Apparti dan il-karattru, se niltaqgħu ma’ ħafna karattri oħra fosthom Elena Cuppola, li din tissaħħar wara l-imħabba ta’ ħajjitha. Se niltaqgħu ma’ Karla, persuna li bil-preżenza tagħha se toħloq xi tip ta’ konsegwenzi fuq ħajjet xi karattri oħra! Tgħid għaliex?!

Mill-filmat promozzjali diġà jidher li hemm kobba mħabbla sew! Ikollna nistennew sa nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru sabiex nibdew inħollu din il-kobba mgħaqqda!

Facebook / F'Ġieħ L-Imħabba


Yasmin Camilleri