Fit-23 t’April ta’ 3 snin ilu, ġuvni ta’ 18-il sena mill-Imtarfa ntlaqat minn karozza fir-Rabat, waqt li kien qiegħed jogging. Il-ġuvni ġie identifikat li kien Matteo Grima. Matteo għandu passjoni kbira lejn il-futbol lokali, u propju fiż-żmien tal-pandemija kien imur jogging biex jibqa’ jipprometti.

“Kont qiegħed jogging. F’daqqa waħda lanqas naf x’ġara u nqum l-isptar. Għamilt diversi operazzjonijiet. Terz ta’ rasi kienet saħansitra barra” qal Matteo lill-ġurnalist Liam Carter f’wieħed mill-episodji ta’ Carter jirraporta. Għalkemm dal-ġuvni għadda minn esperjenza trawmatika, irnexxielu jlesti l-istudji tiegħu biex isir perit, u jaħdem biex iqajjem kuxjenza dwar dawn l-inċidenti koroh.

F’dan l-episodju Liam Carter ma rax biss l-istorja ta’ Matteo, iżda tkellem ma’ diversi esperti sabiex jara jekk din il-problema ta’ vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku tistax tiġi aħjar.

Carter Jirraporta


Nicole Zammit