Illum tiċċelebra għeluq sninha Soraya Queen li żgur m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni! Soraya hi persuna maħbuba ferm u ma tiddejjaqx tesprimi dak li tħoss. F'dan il-jum speċjali, Soraya qasmet ritratt fuq il-mezzi soċjali tagħha.

Hi qalet, "Sena oħra akbar, sena oħra iktar għaqlija? Issa naraw dwar dan... mhumiex is-snin li jgħoddu, huma l-memorji li tagħmel matul dawn is-snin! F'dan il-jum 35 sena ilu twieldet reġina."

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawguraw lil Soraya l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha u nittamaw li jkollha sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha!


Emil Calleja Bayliss