Ċajta ħelwa li qed iddur fuq facebook turi lit-Tritoni majestużi tal-Belt Valletta jitħassbu fuq is-sitwazzjoni. "Bil-Ħniena t'Alla ħlisnieha għax ieħor magħna u konna naqilgħu multa", jgħid il-kliem li hemm mar-ritratt.

Ritratt: Facebook/ Salvu Farrugia

Għalkemm ċajta, fl-istess ħin tfakkarna li rridu nimxu mar-regoli li qed jgħidulna l-awtoriajiet. Dik li gruppi ta' aktar minn 3 persuni ma jistgħux ikunu flimkien. U fuq kollox, dan għandna lkoll nobduh mhux biss minħabba l-multa iżda għal saħħitna lkoll.

Xorta jibqa' l-fatt li hawn min għandu rasu iebsa! Ejja nkomplu nagħmlu kuraġġ u ma naqtgħux qalbna. Pass pass, flimkien, naslu!

Ritratt: Facebook/ Salvu Farrugia


Clifford Galea