Il-papa ta' Evelyn Saliba La Rosa, Joseph illum qed jiċċelebra għeluq it-86 sena tiegħu. Fuq facebook awguratlu u tixtiequ li jibqa' l-persuna li hu u li dejjem kien.

Tkellimna ma' Evelyn u qaltilna li Joseph kien ukoll attur f'bosta produzzjonijiet mas-Sależjani fejn darba fil-play 'Fabiola' kien hu stess li interpreta l-parti ta' Fabiola. Qaltilna li l-passjoni għall-palk ħaditha mingħandu!

Kien ukoll goalkeeper tal-Ħamrun Spartans bejn l-1950 u l-1954. Aħna minn Gwida.mt nawgurawlek l-isbaħ xewqat Joseph! Ibqa' tbissem u pożittiv dejjem!

Ritratt: Facebook/ Evelyn Saliba La Rosa


Clifford Galea