Ivan u Helena huma 2 refuġjati Ukreni li ġew Malta sabiex isibu refuġju ‘l bogħod minn dak li qiegħed jiġri ġewwa pajjiżhom.  Dawn ġew f’April, wara li tilfu dak kollu li kellhom. “Il-Pirjol u l-Patrijiet Dumnikani fethu l-Kunvent tal-Birgu ghalihom, u dawn l-ahhar tliet xhur ghexu fil-Kunvent. Kienet esperjenza mill-isbah ghall-komunità Dumnikana kollha tal-Birgu” kitbet il-paġna uffiċjali tal-‘Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu’.

Issa l-koppja ser jitilqu mill-kunvent minħabba li ġew provduti b’akkomodazzjoni privata. “Inzommuhom fit-talb taghna u nibqghu nitolbu ghall-paci fl-Ukrajna” kitbet il-paġna.


Nicole Zammit