Le mhux kif ħsibtu!!! Kien biss mument umoristiku bejn żewġ qassisin ta’ natural ħelu: Father Antoine Borg u Father Brendan Gatt li ħadu ritratt bl-istikka li jużaw il-pellegrini waqt pellegrinaġġ li qed jagħmlu ma’ numru ta’ Maltin fl-Art Imqaddsa.

Dan huwa pellegrinaġġ li qed isir minn Radju Marija li huwa stazzjon Marjan li ssibu mxerred madwar id-dinja kollha saħansitra fl-Amerka, fil-Kosovo u fir-Russja u bla dubju ta’ xejn f’Malta.

Spiss huma dawk il-Maltin li jerħulha lejn l-Art Imqaddsa biex jaraw b’għajnejhom dak li jisimgħu dwaru kemm fil-Bibbja u anke tul ħajjithom. U hekk qed jagħmel bħalissa, grupp immexxi minn dawn iż-żewġ qassisin li jafu jinżlu tajjeb għal-livell tal-poplu.

Interessanti l-fatt li Radju Marija m’huwhiex stazzjon reliġjuż biss. Fuqu jixxandru programm ta’ informazzjoni u tagħrif minn kull aspett.

Sadanittant nawguraw esperjenza mill-isbaħ lill-grupp kollu li qed fl-Art Imqaddsa, filwaqt li nħeġġukom taħbulhom dawk l-istikek lill-qassisin biex ma jmorrux jerġgħu jitlewmu bihom!!!


Clifford Galea