The Malta Police Force għadhom kif ħabbru każ fejn ilbieraħ ġewwa Triq Cassarino, San Pawl il-Baħar, kien hemm raġel jagħmel ħsarat fuq vetturi. Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u ġewwa Triq it-Turisiti sabu Nigerjan ta’ 25 sena u li kien armat.

"Intalbet l-assistenza tal-Pulizija tal-RIU minħabba li r-raġel irreżista l-arrest u kellu jintuża l-pepper spray. Waqt l-arrest huwa għamel ħsarat fuq vettura tal-pulizija, filwaqt li żewġ pulizija tal-RIU sofrew ġrieħi ħfief. Ir-raġel inżamm arrestat fil-lock up tal-pulizija l-Furjana, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin."

Solidarjetà mal-pulizija għall-ħidma bla waqfien li dejjem qed jagħtu lill-komunità, u ħafna drabi qed jispiċċaw jipperikolaw ħajjithom. 

Matthew Camilleri


Kyle Zarb