Il-paġna Theory Test Malta ippublikat żewġ ritratti li qed iqajjmu diversi kummenti fuq Facebook. Jidher li fuq tal-linja waqt li din kienet miexja, żewġ persuni kienu fuq is-saqaf. Il-paġna kitbet, "Żewġ persuni fuq is-saqaf ta' Tal-Linja! Stenna minn kollox f'dan il-pajjiż!".

Il-paġna 'Talinja' mill-ewwel kienet pronta u fetħet investigazzjoni fuq dan il-każ. "Sigurta hija l-prijoritá tagħna u l-kumpanija għandha tolleranza żero għall-attitutni bħal din!" Tal-linja jgħidu wkoll li dan l-inċident qed ikun irrapurtat lill-awtoritajiet biex jibdew l-investigazzjoni huma stess.

Nitolbu li jekk taf xi ħaġa dwar dan l-inċident kellem il-paġna ta' Talinja fuq Facebook.  


Anthony Baldacchino