Total ta' 5.5 miljun każ ta' Covid-19 ġie rreġistrat f'23 pajjiż tal-Unjoni Ewropea fosthom In-Norveġja L-Islanda, Liechtenstein kif ukoll ir-Renju Unit.

Jidher li dawn il-każijiet huma serji skont kif irrapurtaw il-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC). Huma jisħqu li ir-rata ta' infezzjonijiet qiegħda dejjem tiżdied tant li s-saħħa tal-pubbliku tinsab f'theddida. Id-direttriċi fi ħdan ECDC Andrea Ammon tikkonferma dan. 

Times of Malta rrappurtaw anke s-sitwazzjoni tat-tim mediku ġewwa dawn il-pajjiżi skont kif qalet id-direttriċi. "L-impatt f'termini ta 'pressjoni fuq is-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-mortalità sar dejjem aktar evidenti. B'livelli għoljin ta' trażmissjoni fil-komunità, il-protezzjoni ta' individwi vulnerabbli qed ssir iktar diffiċli, u huwa inevitabbli li aktar minnhom jiżviluppaw mard serju". 

Sa 205,986 każ ta' mwiet ġew irreġistrati f'dawn il-pajjiżi li semmiet l-ECDC.


Kyle Zarb