Ġimgħa ilu rajna li kellna total ta' 425 każ pożittiv f'sebat ijiem. Din il-ġimgħa kellna 259, kważi 200 inqas biex ngħidu hekk.

Total ta' każijiet imfejqa kienu 287 u j'Alla nkompli nżidu. Segwi HAWN biex tara aktar dwar kif tinsab is-sitwazzjoni f'pajjiżna sal-lum il-Ħadd.

Madanakollu huwa veru li r-rata ta' mwiet żdiedet u għalhekk kienet ħafna aktar ta' dwejjaq is-sitwazzjoni. B'kollox kellna 12-il vittma. Nittamaw li ma nisimgħux b'aktar imwiet.

Nagħmlu kuraġġ!

Instagram/ jc.nursephotography


Kyle Zarb