Żewġ familji mir-Renju Unit qed jistennew somma flus mingħand l-isptar tal-Ingilterra minħabba li bis-saħħa ta’ test tad-DNA li wieħed mit-tfal iddeċieda li jieħu, sabu li żewġt itrabi ġew mifxulin fit-twelid u marru għand il-familji ta’ xulxin.

Jidher li Tony irċieva test tad-DNA mingħand ħabib tiegħu, u meta ħa dan it-test, irrealizza li t-test beda jurih li oħtu kien jisimha Claire u mhux Jessica filwaqt li hu kien ilu jgħix ħajtu mingħalih li oħtu hija Jessica. Min-naħa l-oħra, Claire ukoll kienet ħadet dan it-test fil-passat u rrealizzat li kellha familja differenti.

Dawn iż-żewġ aħwa minn familji differenti ltaqgħu flimkien u tkellmu mal-omm bijoloġika tagħhom, skoprew li fl-isptar kienu ħadu żball u dawn iż-żewġ familji telqu bit-trabi ta’ xulxin.

L-isptar ammettew l-iżball u ser iħallsu lil dawn iż-żewġ familji somma flus. Dan huwa każ kumpless u delikat ħafna ovvjament minħabba li dawn iż-żewġt itfal kellhom ħajja kompletament differenti minn dik li kienu ser joffrulhom il-familji bioloġiċi tagħhom.

Instagram / Sidestreet


Gabriella Borg