Ilbieraħ fl-aħħar parti tal-episodju ta' Love Island Malta rajna lill-parteċipanti jlestu għal serata ta' BBQ, fejn is-subien intefgħu isajru waqt li t-tfajliet irrilassaw. Sfortunatament, kien hemm Gabriel nieqes minħabba li ħaddu ma jiflaħx.

Ritratt: GO TV/ TVM+/ Love Island Malta
Fil-parti fejn naraw x'se jiġri fl-episodju li jmiss naraw żewġ bombshells deħlin ġol-villa. Din id-darba ġuvni u tfajla. Tgħid ħa jaqilgħu l-inkwiet? Ma' min ser jirnexxielhom jibnu xi ħaġa?
Illejla naraw kif ser tiżvolġi s-sitwazzjoni fil-villa waqt il-ħames episodju tal-istaġun. S'issa ser ikunu 11-il islander. Segwi aktar fuq TVMi
Youtube/ Love Island Malta