Żewġ Aħwa Jiċċelebraw Għeluq Sninhom Flimkien U Flok Rigali, Jiġbru L-Flus Għal Kawża Ġusta

Giulia u Nicholas Xerri ċċelebraw għeluq sninhom fl-istess ġurnata, ċjoè fid-19 ta’ Awwissu, u ddeċidew li jagħmlu xi ħaġa differenti biex ikunu jistgħu jgħinu lit-tfal inqas ixxurtjati minnhom.





Minflok aċċettaw ir-rigali bħalma jagħmlu bosta tfal oħrajn, ħejjew kaxxa tad-donazzjonijiet biex fiha jiġbru d-donazzjonijiet għall-fondazzjoni Puttinu Cares. Iċ-ċkejknin irnexxielhom jiġbru s-somma sabiħa ta’ €1,200.

Prosit ta’ din l-inizjattiva tassew sabiħa, Giulia u Nicholas!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI