Jekk bi ħsiebek tgħaddi mill-bypass tal-Imrieħel, aħsibha darbtejn! Partikolarment in-naħa li mill-Marsa twasslek għal Ħ’Attard. Dan għaliex hemm traffiku qawwi ħafna minħabba fażi partikolari tas-Central Link Project. 

Il-paġna ta’ Infrastructure Malta fuq il-mezzi soċjali spjegat li bħalissa l-korsiji ġodda tas-Central Link Project qed jinksew bl-asfalt. Il-paġna żvelat ukoll li “B'dan il-proġett, se niffrankaw nofs il-ħin tal-ivvjaġġar f'dawn l-inħawi, filwaqt li nnaqqsu sa 66% mit-tniġġis tal-arja mit-traffiku f’Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara.”

Jekk tista’, evita din iż-żona u għaddi minn rotta oħra. 

Facebook/Infrastructure Malta


Nicole Barbara