Estelle Imbroll hi omm ta' żewġt it-tfal, hi għalliem tax-xjenza imma bħalissa tinsab tieħu ħsieb it-tfal. Iż-żgħira għad għandha biss 4 xhur u nofs, u ommu tinsab quddiem il-ġurija ta' X Factor tipprova timpressjona bit-ton partikolari!
Il-ġurija kienu sorpriżi ferm tant u hekk li Howard, qal li dan hu verament l-X Factor. Ira saqsiet lil Estelle jekk qatt kantatx quddiem in-nies, aħna niftakru lil Estelle fl-Għanja tal-Poplu, fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza u anke darba deheret ġo Rockestra!
Imma dejjem jinqala' xi ħaġa... u tieqaf mill-vjaġġ mużikali tagħha! Tgħid l-avventura f'X Factor ħa tkompli. Tkompli għal fażi li jmiss żgur għax l-erba' ġurija qalulha IVA! Anzjużi biex nisimgħu aktar Estelle, dak it-ton jiswa mitqlu deheb!