Fuq il-paġna uffiċjali tagħha s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg kitbet dwar l-appoġġ li qiegħed dejjem jintwera lejn persuni bil-kanċer, u kif speċjalment matul dan ix-xahar il-pubbliku jitfakkar kemm hemm nies għaddejjin minn battalji.

"Ġest ta’ solidarjetà u għajnuna lill-persuni bil-Kanċer fil-kampanja Pink October mill-impjegati tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi. Nagħtu sehmna għal kawża ġusta," tikteb Rebecca. Xerdet anke ritratt li juri l-għaqda li kien hemm f'dan l-avveniment biex flimkien ikomplu jqajmu l-għarfien li hemm bżonn.

Prosit!


Kyle Zarb