L-esperta taċ-chess Anna Muzychuk se titlef żewġ titli tad-dinja minħabba d-deċiżjoni tagħha li ma tilgħabx fl-Arabja Sawdita biex iżżomm mal-prinċipji tagħha.

Hi spjegat, “Nirrifjuta li nilgħab b’regoli speċjali, nilbes abaya (libsa li tgħatti kull parti tal-ġisem ħlief il-wiċċ), li nkun akkumpanjata minn raġel biex inkun nista’ noħroġ mil-lukanda, biex ma nħossnix qisni persuna inqas minn ħaddieħor. Se nimxi mal-prinċipji tiegħi u ma nikkompetix fil-kampjonat World Fast Chess and Blitz fejn ħamest ijiem oħra stajt nirbaħ iżjed flus minn tużżana iżjed kompetizzjonijiet ikkombinati.”

Bosta jammirawha għaliex qed iżżomm il-prinċipji tagħha qabel il-kilba għall-flus u t-titli li setgħet rebħet kieku għamlet deċiżjoni li tikkompeti f’dan il-pajjiż fejn id-drittijiet tan-nisa m’huma avvanzati xejn.

Facebook / Small Great Things


Gabriella Borg