Sean Smith, l-awtur tal-ktieb Meghan Misunderstood, qal li r-relazzjoni tal-Prinċep Harry mal-attriċi ta’ Suits, bidlitu f’persuna aħjar. Waqt intervista ma’ pjattaforma barranija, Smith qal li l-Prinċep Harry serva f’żewġ servizzi ġewwa l-Afganistan u dan għenu biex jifforma l-karattru tiegħu.

Il-karriera fis-servizz bidlitu minn tifel għal raġel u skont Smith, il-fatt li ngħaqad ma’ Meghand Markle kompliet għenitu biex jinbidel f’persuna aħjar.

Smith insista li Meghan ġabet magħha karatteristiċi differenti minn dawk li l-Familja Rjali huma mdorrija bihom. Meghan kellha l-kariżma li tant kienet nieqsa fil-Familja Rjali u issa li l-koppja tbegħdet mill-Familja Rjali, Smith qal li l-Familja Rjali naqsitilha l-kariżma.


Sarah  Cassar Dymond