Nhar il-Ġimgħa 12 u s-Sibt 13 ta' Lulju, tista' tesperjenza u dduq ikel mid-dinja kollha fil-Gozo Food Festival li se jsir fil-pjazza tax-Xewkija, Għawdex. 

L-avveniment se joffri ikel minn 10 pajjiżi differenti fosthom Tacos u Boa Buns mill-Messiku, Għaġin fuq stil Taljan u Sushi. Jikkumplimenta dan l-ikel kollu se jkun hemm ukoll għażla vasta ta' inbid. 

Dan mhux kollox! Apparti l-ikel, lesti ruħek li tiċċaqlaq daqsxejn mal-mużika u l-ispettaklu live!. L-avveniment se joffri wkoll bosta attivitajiet għat-tfal u l-familja. 

Issa huwa ċ-ċans li żżur Għawdex u barra li dduq dan l-ikel kollu, tiskopri daqsxejn iżjed ir-raħal tax-Xewkija! 

Facebook / Gozo Food Festival


Kylie Ann Chircop