Żgur li l-istennija kienet twila, imma issa wasal il-mument li tant konna qed nistennew! L-istaġun il-ġdid ta’ Love Island Malta se jerġa’ jġib miegħu ġimgħat sħaħ ta’ emozzjoni intensiva, tensjoni u dawk il-mumenti drammatiċi li ħadd ma jkun qed jistenna. Iżda din id-darba, hemm xi ħaġa differenti li qatt ma rajna qabel.
Għall-ewwel darba, int tista’ tkun parti minn din l-esperjenza fejn għal tliet sigħat sħaħ kuljum, esklussivament fuq Tokis, il-kanal 100 fuq GO TV se tkun tista' ssegwi x'qed jiġri fil-villa. Tista; tgħid li int se tkun hemmhekk mal-islanders, tara dak kollu li qed jiġri f’ħin reali.
Segwi l-villa mit-Tnejn sal-Ġimgħa minn 5 ta’ filgħaxija 'il quddiem u ħu sehem f’din l-avventura mill-ewwel mument sal-aħħar għax meta ma jkunx hemm editjar, ma jistax jinħeba xejn – l-imħabba, il-gideb, it-tradimenti u l-mumenti romantiċi jidhru kolha.
Min taħseb li se jkun ix-xewka ta’ din is-sena? Min se jiġbed l-aktar attenzjoni? U min se jitlaq mill-villa b’qalbu maqsuma? F’din il-villa, kollox jista’ jiġri!