Tough luck kien il-programm tas-sajf. Diversi protagonisti kienu jilagħbu biex jaqgħtu ix-xewqa tagħhom u b'hekk jidħlu fiċ-ċans li jirbħu r-rigal li tassew ikunu jixtiequ. Gwida.mt għamel kuntatt mat-tim ta' Tough Luck sabiex naraw jekk dan il-programm hux ħa jkun qed jirritorna fl-iskeda tas-sajf.

Jidher li t-tim tal-produzzjoni ħa d-deċiżjoni li għal din is-sena, il-programm ma jsirx. Dan ma jfissirx li mhux ħa nerġgħu naraw fi skedi fil-futur imma għall-iskeda tas-sajf ta' din is-sena mhux ħa naraw parteċipanti jiġġieldu bejnietom biex jaraw għandhomx Tough Luck jew Good Luck.

Jidher li lil Angie ħa nkunu qed narawha xorta waħda dan is-sajf. Imma dwar dan ninfurmawkom aktar tard!

The Foto Grafer - Facebook / Tough Luck


Emil Calleja Bayliss