Iva, sewwa qrajtu. Is-sensiela Strada Stretta, ħa tkun qed tirritorna. Din id-darba iżda mhux fuq it-televiżjoni imma fuq il-Gwida. B'unur inħabbru li grazzi għat-tim ta' Sharp Shoot Media, b'mod partikolari Audrey Brincat Dalli l-awtriċi ta' din is-sensiela, il-qarrejja tal-Gwida ħa jkollhom iċ-ċans jgħixu mill-ġdid l-istejjer ta' din is-sensiela popolari.

Ritratt: Reno Rapa - Facebook / Stada Stretta

Ħa jkollna format uniku li jagħtukom stampa ċara ta' dak li ħa tkunu qed taqraw... imma nsomma aħjar ma ngħidilkomx aktar għax ineħħilkom il-gost kollu. Li hu ċert, li dawk kollha li kienu jħobbu din is-sensiela, għandhom opportunità unika biex jibdew jakkwistaw kopja tal-Gwida li fiha ħa tkun tinkludi din l-istorja popolari.

 L-istorja ta' Mario u Lydia u tant karattri oħra li ħadu l-ħajja fuq l-iskrin, issa ħa jieħdu l-ħajja permezz tar-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa. Mela tinsewx takwistaw il-kopja tagħkom u xerdu l-kelma! Strada Stretta ġej lura! 

Facebook / Stada Stretta


Emil Calleja Bayliss