Gerard huwa wieħed mill-aktar awturi tal-lirika ta' suċċess f'Malta, b'diversi kanzunetti popolari li ħarġu minn taħt il-pinna tiegħu.

Irrapreżenta lil Malta fil-Eurovision 6 darbiet bl-aktar ta' suċċess tkun 7th Wonder fl-2002 u ħa sehem f'xejn inqas minn 7 selezzjonijiet nazzjonali f'pajjiżi differenti, għall-Eurovision Song Contest.

Iżda l-pinna ta' Gerard mhux kanzunetti popolari biss toħloq.

F'dawn l-aħħar snin, Gerard rajnih ukoll bħala awtur tan-novelli, bl-ewwel wieħed ikun Sliema Wives li sploda fil-popolarita' minn lejl għal nhar. Dan wassal biex Gerard jikteb it-tieni novella tiegħu Madliena Married Men u l-aktar riċenti Bormla Babes: Behind The Scenes li fih jinkludi l-esperjenzi tiegħu fil-Eurovision Song Contest.

Il-qarrejja tal-kotba ta' Gerard issa għandom ikunu ħerqana għaliex fl-aħħar siegħat, Gerard ħabbar ir-raba' ktieb tiegħu!

Il-filmat qasir iżda seduċenti li xeħet Gerard, jagħti x'tifhem li l-istorja ġdida tiegħu ser tkun intima u taħraq daqs ta' qabilha u hija spirata minn ġrajjiet vera.

Tkellimna ma’ Gerard fejn qalilna li ftit ġimgħat oħra ser joħroġ filmat itwal li fih jiżvela l-isem tal-ktieb, li l-ġeneru tiegħu huwa thriller psikoloġiku. Gwida.mt esklussivament jiżvela wkoll li l-ktieb ser joħroġ fid-9 t’Ottubru.

Frażi li jidher li qed iddur ma’ dan il-proġett, u li wkoll jispiċċa l-filmat biha, hija:

Blow Your Mind

Min jaf jekk dan huwiex l-isem il-ġdid tal-ktieb ta' Gerard, u min jaf jekk għandniex nistennew xi ħaġa ħafna akbar mis-soltu?

Facebook / @gerard.borg.9


Luke Borg