L-Artist tal-irtokk Henry Galea diġà qed ikun introduċut bil-mod fuq it-tiktok ta' ClubHouseNext; kumpanija kbira u b'saħħitha fejn 'insta creators' jgħixu flimkien u jipproduċu kontenut artistiku fuq dan il-mezz tal-midja soċjali. ClubHouse twaqqaf minn Daisy Keech u spara 'l fuq fil-popolarità tiegħu.
Diġà ffirma l-kuntratt u ser nisimgħu dalwaqt fuq launch qawwija min-naħa ta' ClubHouseNext fejn ser jagħtu merħba lil Henry.
Tassew kburin bik Henry. Min isir jaf lil Henry, isir jaf ukoll kemm huwa umli u saqajh mal-art. Minn Gwida.mt, nawgurawlek ħafna affarijiet sbieħ u aktar suċċessi!
Kburin bik!
Ritratt: Instagram/ D_Real_Henry