L-istorja ta' Fattigi tkompli u grazzi għat-tim tal-produzzjoni ta' din id-drama akkwistajna s-sigla ta' kif din id-drama ħa tkun qed tiftaħ ġimgħa wara ġimgħa. Uċuħ dawn l-atturi żgur mhux ġdid u dan l-istaġun ħa jkomplu jżommuna nsegwu l-istorja tagħhom. 

It-tieni staġun ta' din is-sensiela jibda llejla fid-21:00 fuq Net TV b'kitba u direzzjoni ta' Bryan Muscat. Minn jaf x'ħa jkun qed jiġri mit-tliet protagonisti ta' din is-sensiela... u l-verità ħa tkompli ħierġa? Mistoqsijiet bħal dawn u aktar jitwieġbu tul dan l-istaġun. 

Fattigi


Emil Calleja Bayliss