Il-verżjoni ġdida tal-kanzunetta Another Summer Night, li f'Mejju tal-2001 Fabrizio Faniello rrappeżentana biha fil-Eurovision Song Contest ġewwa d-Danimarka, qiegħda tagħmel suċċess kbir! 

Mhux talli din hi kanzunetta li tant intgħoġbot l-Maltin u l-Għawdxin kollha, imma jidher li ntlaqgħet minn tnax-il pajjiż ieħor, fejn qed tindaqq mis- stazzjonijiet tar-radji! Fit-2 ta' Lulju, verżjoni ġdida tal-kanzunetta ħarġet taħt it-titlu Another Summer Night 2K21, bħala parti mill-album 2k21 – The Jubilee Remixes. Fabrizio ngħaqad ma' oħtu Claudia Faniello fejn flimkien interpretaw din il-verżjoni.

Fil-fatt il-kanzunetta qiegħda tindaqq ġewwa l-Ġermanja, id-Danimarka, l-Awstrija, l-Estonja, l-Litwanija, l-Istati Uniti, Franza, Kanada, l-Ukrajna, Slovenja u Greċja. Il-kanzunetta oriġinali hi fuq kompożizzjoni ta' Mro Paul Abela u lirika ta' Georgina Abela.

Dan huwa suċċess impressjonanti u unur kbir kemm għall-aħwa Faniello kif ukoll għall-mużika Maltija kollha! Prosit Fabrizio u Claudia!

Facebook/ Claudia Faniello


Kyle Zarb