Għada jirritorna The Entertainers fuq NET TV fejn fid:21:00 ta' filgħaxija l-band imexxija minn Mark Spiteri Lucas u bi preżentazzjoni ta' Janvil nagħtu bidu għall-finali ta' The Entertainers Singing Challenge. Il-protagonisti tal-programm huma s-sittax-il kantant/a li qed jikkompetu sabiex ikunu r-rebbieħa ta' dan il-programm prestiġġjuż. L-uniku programm li jagħti ċ-ċans lill-kantanti żagħżagħ ikantaw live ma' band!

Il-finalisti ħabbarniehom fuq Gwida.mt ftit tal-jiem ilu, iżda tajjeb infakkrukom ftit min huma. F'kumment li t-tim ta' Gwida.mt ħa mit-tim tal-produzzjoni, dawn spjegawlna li għandhom żewġ kategoriji u f'kull kateġorija ħa jingħata l-ewwel, it-tieni u t-tielet post.

Kategorija A:

  • Martina Abela,
  • Rihanna Aquilina,
  • Mychael Bartolo Chircop,
  • Faith Bondin,
  • Leah Cauchi,
  • Shania Cauchi,
  • Martina Cutajar,
  • Kaya Gouder Curmi,
  • Luana Schembri,
  • Krista Sujak u
  • Isaac Tom.

Kategorija B:

  • Shawn Ciantar,
  • Bradley Debono,
  • Alexia Micallef,
  • Amy Micallef u
  • Bianca Vella.

B'mod esklussiv, it-tim ta' The Entertainers tagħna l-privileġġ li nħabbru t-tliet membri tal-ġurija li ħa jkunu qed jiġġudikaw il-fażi finali ta' The Entertainers Singing Challenge. Dawn huma Ludwig Galea, Karen DeBattista u Kurt Anthony.

Ritratt: Facebook / Ludwig Galea

Għażla ta' tliet kantanti li żgur li jafu xi tfisser li tkun f'post dawk iż-żagħżagħ li qed jikkompetu sabiex jirbħu din il-kompetizzjoni. Ludwig Galea magħruf l-aktar għall-kanzunetta On Again... Off Again... li biha fl-2004 irrapreżenta lil Malta flimkien ma' Julie Zahra fil-Eurovision Song Contest. Hu kellu diversi suċċessi u rajnieh ukoll lura fil-Malta Eurovision Song COntest permezz tal-grupp Trilogy.

Ritratt: Facebook / Karen DeBattista

Tingħaqad ma' Ludwig insibu lill-kantanta Karen DeBattista li riċentament nediet l-EP tagħha Meta L-Qalb Tħabbat, sensiela ta' kanzunetti oriġinali li ħarġet tul is-snin. F'dan l-EP wieħed jista' wkoll isib l-ikbar suċċess tal-kantanta, il-kanzunetta Jien Ma Naħdimx li biha rebħet l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu fl-2014. Lil Karen DeBattista rajnieha wkoll fil-finali tal-Malta Eurovision tal-2015.

Ritratt: Facebook / Kurt Anthony

L-aħħar u mhux l-inqas, il-kantant Kurt Anthony. Kurt Anthony tfaċċa fix-xena tal-festivals permezz tal-Konkors Indipendenza tal-2014 u dakinhar kien ħareġ rebbieħ fil-kategorija Talent Ġdid bil-kanzunetta Inservi. Minn hemm il-kantant kellu diversi avventuri, inkluż avventura barra minn xtutna. Riċentament rajnieh fil-judges houses flimkien ma' Matthew, dwett bl-isem ta' Horizon.

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw lill-parteċipanti l-aqwa suċċess. Nittamaw li jkollkom wirja mill-aqwa u tgawdi din l-esperjenza. Awguri mill-qalb!

Facebook / The Entertainers


Emil Calleja Bayliss