IŻ-ŻAGĦKA hija waħda mis-sensiliet li ħa nkunu qed naraw fil-istaġun li ġej fuq NET TV. Aħnta ta' Gwida.mt kellna l-opportunità nitkellmu ma' Desier Debono, l-awtur ta' din is-sensiela. Desier ikkonfermalna li “IŻ-ŻAGĦKA mhiex tal-biża’.”

Ritratt: Facebook / Desier Debono

Donnu li ħafna bdew jaħsbu li din ħa tkun sensiela tal-biża', Desier ikkonfermalna li jidher li hemm interess ġmielu dwar din is-sensiela u huma ħafna li qed jistaqsu x'għandna nistennew fil-ġimgħat li ġejjin.

Ritratt: Facebook / Iż-Żagħka 

Jidher li l-pubbliku u t-telespettaturi ta’ NET TV qed jistennewha bi ħġarhom. Desier qalilna li: "Hemm min qed jaħseb li l-ġeneru tad-drama huwa wieħed tal-biża’. Hemm element ta’ paranormali, imma mhux tal-biża’."

Ritratt: Facebook / Iż-Żagħka 

Desier ikompli jgħidilna li IŻ-ŻAGĦKA huwa bbażat fuq il-passat ta’ dar abbandunata. Storja investigattiva u pulizjeska, mibnija fuq elementi familjari u traċċi ta’ mħabba. S'issa sa hemm skoprejna imma ma ndumux ma naqtgħu ftit il-kurżità dwar din is-sensiela.

Ritratt: Facebook / Iż-Żagħka 

Għal dawk li bdew jibżgħu jekk hux ħa jkunu jistgħu jaraw din is-sensiela jew le, jistgħu jserħu rashom li ħa jkunu jistgħu jarawha u jgawduha bħal ħafna u ħafna oħrajn. Dan kollu minn Ottubru fuq NET TV.

Facebook / Iż-Żagħka


Emil Calleja Bayliss