Fis-14:00 ser tintlgħab il-partita Ġermanja kontra Ġappun minn Grupp E.

Fil-EURO 2020 u l-World Cup 2018, it-tim Ġermaniż ma tantx impressjona wara li l-Ġermaniżi nqalgħu kontra l-Ingilterra u fl-2018 inqalgħu fil-fażi tal-gruppi meta kisbu biss tlett punti u ġew fl-aħħar post.

Din id-darba jaf tkun storja differenti għat-tim Ġermaniż, anke minħabba li kienet seħħet bidla fil-kowċ meta impjegaw lil Hansi Flick, kowċ li impressjona lil kulħadd bis-suċċessi li kiseb ma’ Bayern Munich.

Mill-banda l-oħra, wieħed ma jistax jarmi lill-Ġappun, speċjalment wara li rajna tim inqas favorit minn ieħor jagħti sorpriża lil kulħadd, f’dan il-każ għar-rebħa tal-Għarabja Sawdija kontra l-Arġentina.


Henzley  Bezzina