Mużika Mużika lura f'Marzu ta' din is-sena waslilna spettaklu mill-aqwa. Spettaklu ta' 20 kanzunetta lkoll akkumpanjati minn orkestra live li flimkien interpretaw siltiet mill-isbaħ. Spettaklu ta' tliet ijiem li ra lil Glen Vella jirbaħ l-edizzjoni ta' din is-sena bil-kanzunetta Ħarsa Biss fuq kompożizzjoni ta' Philip Vella u lirika ta' Joe Julian Farrugia.
Issa wieħed jista' jerġa' jgħix dan il-mumenti sbieħ permezz tal-album mużikali li ġie mniedi ftit tal-jiem ilu. B'hekk wieħed jista' jisma' l-kanzunetti fil-kumdità ta' daru jew inkella tal-karozza tiegħu. Tifkira mill-isbaħ ta' dan l-ispettaklu għall-prezz ta' €10 biss. Meta wieħed jakkwista dan l-album ikun qed jgħin sabiex iżomm il-lingwa tagħna ħajja u jkun jista' jaqsamha ma' bosta oħrajn.
Wieħed jista' jagħmel kuntatt mal-uffiċċju ta' Festivals Malta, f'13 Europa Centre Floor II, Triq John Lopez, Floriana. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn id-09:00 u t-15:00. X'qed tistenna? Għal aktar dettalji żur is-sit ta' Mużika Mużika billi tidħol HAWN.
Instagram / Mużika Mużika