Kull ma jmur dejjem qed nisimgħu b'kantanti lokali li qed jiksbu suċċessi mill-aqwa barra minn xtutna. Ilkoll kburin bihom u nieħdu gost nisimgħu b'aktar artisti lokali minn kull qasam, li jirrappreżentaw lil Malta.
Din id-darba erba' studenti rebħu l-aqwa premji waqt il-festival f'Bolonja, Italy's Hope. Il-kantanta u għalliema tal-vuċi tagħhom Claire McCartin, li kellha anke irwol bħala ġurija, kitbet messaġġ biex tesprimi kemm hi kburija bis-suċċessi li kisbu dawn il-kantanti żgħażagħ u tifirħilhom.
"L-ewwel edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-kant Italy's Hope kienet suċċess kbir. Prosit lil Faith Bartolo, Emma Craus, Mariah Agius u Ella Bonanno Cesare għar-rebħ tal-aqwa premjijiet. Intom ilkoll brillajtu fuq dak il-palk – dan kien pass ieħor fil-vjaġġ mużikali tagħkom."
Prosit kbira!