Vanessa Gatt, li ftit ilu awgurajnielha f'għeluq sninha, illum qed tfakkar it-telfa ta' bintha Emily, li fl-2020 ħallietna. Sfortunatament kellha vjaġġ diffiċli immens u batiet, sakemm fl-1 ta' Lulju 2020 ħalliet din id-dinja.
Vanessa tikteb, "Erba' snin mingħajrek qalb ta' qalbi. Grazzi ta' kemm tismgħani u grazzi ta' kemm tkun miegħi. Int m'hawnx bħalek." Xerrdet anke filmat li jfakkar il-memorja tat-tifla li tant serqet qlub.
"Anġlu tiegħi kemm inħobbok, kemm inħoss in-nuqqas tiegħek! X'martirju kont għaddejja bħal daż-żmien 4 snin... xħin qaluli, 'm'hemmx iktar xi jsir għal Emily, tinkwetax mummy mhux se tbati.' Lanqas flaħt inħares iktar lejk, xi qsim ta' qalb."
Kuraġġ dejjem Vanessa. Insellmu l-memorja taċ-ċkejkna Emily.
Facebook/ Vanessa Gatt