Dawk kollha li qed isegwu d-drama ta' Mario Philip Azzopardi L-Ispettur fuq l-istazzjon nazzjonali, ilbieraħ esperjenzaw episodju qawwi li ħalla lil ħafna nies bla kliem. Episodju li qajjem tant diskussjoni u tista' tgħid wieħed mill-aktar episodji b'saħħithom li qatt rajna fuq it-televiżjoni lokali.

Jekk għadek ma segwejtx l-episodju nissuġġerulek li ma tkomplix taqra aktar għax ħa nkunu qed niżvelaw eżatt x'ġara lbieraħ u taf titlef il-gost kollu ta' dan l-episodju mill-aqwa. L-istorja ta' Lejla kulħadd kien qed isegwiha mill-qrib. Hi kienet qed tgħix moħbija flimkien mal-għarus tagħha sabiex tibqa' bogħod minn familtha peress li ma ridux jaċċettaw il-fatt li qed toħroġ ma' xi ħadd barra minn nisel tagħhom bi twemmin differenti.

Sarah Camilleri, l-attriċi fil-parti ta' Lejla lbieraħ għamlet wirja eċċezzjonali fejn waslet l-emozzjonijiet ta' din it-tfajla li ma beżgħatx tgħid lil missierha li tixtieq tingħaqad lura mal-maħbub tagħha bħala familja. Din missierha ma jniżżilhiex u jispiċċa sabiex joqtol lil bintu kiesaħ u biered filwaqt li jtenni l-kliem alla hu akbar.

Episodju li sammar lil kull min kien qed isegwi. Ħafna huma kurjużi kif ħa tkompli din l-istorja li issa bilmod qed toqrob lejn it-tmiem tagħha.


Emil Calleja Bayliss