Miss Universe Jade Cini kellha aħbar diffiċli xi tħabbar fuq il-profil tagħha hekk kif missierha għaddej minn żmien diffiċli minħabba saħħtu. Jade tgħid li ddeċidiet li tkun hemm għalih f'dan il-perjodu iebes, u titlob lis-segwaċi tagħha biex iżommuh f'talbhom u ħsibijiethom.

"Minkejja t-terbulenzi li kellna bejnietna u d-differenzi tagħna għażilt li nibqa' miegħek fl-agħar żminijiet għax dik hija IL-FAMILJA. Ġentilment, nitlob lil kulħadd biex iżomm lil missieri fit-talb u l-ħsibijiet tiegħu peress li s-saħħa tiegħu tinsab f’riskju u l-affarijiet ma jidhrux sbieħ, imma għandi fiduċja f’suldat tal-azzar bħalek"

 Minn qalbna nawguraw fejqan ta' malajr lil missier Jade, u nitolbukom iżommuh fit-talb u l-ħsibijiet tagħkom.


Kyle Zarb