Il-Ġimgħa l-oħra, l-kantanta Emma Marrone ħassret il-mawra tagħha f’Malta minħabba raġunijet ta’ saħħa. Issa Emma qalbet għall-aħjar!

Hi kienet ser tkun parti mill-kunċert ta’ Radio Italia fl-4 t’Ottubru, u għalkemm hi ma ħabbritx il-kawża eżatt, uħud qed jispekulaw li reġgħet ħarġitilha l-marda tal-kanċer.

Fuq Facebook hi qasmet ritratt tal-brazzuletta li libbsulha l-isptar u qalet hekk:

Fl-aħħar neħħejt din il-brazzuletta, iżda ser inżomma għal dejjem, kienet diffiċli, iżda għadda kollox!
Għandi bżonn ftit tal-ħin sabiex nikseb saħħti imma emmnuni li ma nistax nistenna biex nerġa lura għalikom kollha, u ser nagħmel dan mill-aktar fis possibbli.
Nibgħat bewsa lin-nies kollha li ħasbu fija u nirringrazzjahom tal-imħabba kollha li rċivejt u li tatni l-ħeġġa biex niġġieled b’aktar saħħa u kuraġġ mis-soltu.

Nibgħat bewsa ħafna ikbar lil dawk in-nies kollha li għaddejin mill-istess ġlieda: Żommu sodi, jien magħkom!
Is-serenità qiegħda bil-mod tieħu post il-biża... Fl-aħħar nista nibki bil-ferħ!
Nawguralkom l-isbaħ u l-aħjar.

EMMA

Nawgurawlek li ssib saħħtek mill-aktar fis possibli Emma!


Luke Borg