Emma Temmet L-Avventura Tagħha F’Turin Billi Kantant Quddiem Eluf Ta’ Persuni Fil-Eurovillage

 Għalkemm Malta ma kwalifikatx għall-finali tal-Eurovision l-vjaġġ ta’ Emma Muscat f’Turin ma waqafx nhar il-Ħamis li għadda fis-semifinali.

Ftit tal-ħin qabel il-finali tal-bieraħ Emma kantat żewġ kanzunetti tagħha, I Am What I Am li rrapreżentat il-Malta biha u kanzunetta oħra bl-isem Sangria, fil-Eurovillage li sar f’Turin.

Jidher li Emma kellha tkanta nhar it-Tlieta li għadda fil-Eurovillage imma kellha tipposponi s-sehem tagħha għall-bieraħ wara stedina li kellha fl-10 ta’ Mejju fuq Rai 1.


Henzley  Bezzina