Fuq il-mezzi soċjali tagħha Emma Muscat ħalliet messaġġ ċar li ħa tirritorna lura. Hi rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li baqgħu qrib tagħha u dejjem urewha appoġġ. "Illum huwa l-bidu ta' kapitlu ġdid. Ħafna sorpriżi u tant affarijiet inkredibbli..."

View this post on Instagram

A post shared by Emma Muscat (@emmamuscat_official) on

Hi tgħid li dan il-vjaġġ ġdid ħa jibda b'kollaborazzjoni kemmxejn 'il bogħod mid-dinja mużikali tagħha imma tistqarr li din kienet ir-raġuni għala xtaqet tibda b'din il-kanzunetta partikolari. Hi tispiċċa billi tistaqsi ma' min jaħsbu li ħa tkun qed tikkollabora.

X'għandna nistennew mill-istilla Maltija li grazzi għas-suċċess tagħha f'Amici saret still wkoll fl-Italja?

Instagram / Emma Muscat


Emil Calleja Bayliss