Emma Muscat, illum saret wiċċ familjari ma' bosta. Mhux hekk biss imma s-segwaċi tagħha, dawk Maltin u dawk Taljani dejjem ikunu qed jistennew b'ħerqa għal dak li l-artista ħa tkun se toħroġ. Meta tagħmel ftit mumenti kwieta, bħal donnhom jippanikkjaw.

Emma ħalliet messaġġ fuq il-paġna tagħha biex tassigura lis-segwaċi tagħha li hi għadha hawn! "Hi, jien Emma. Jien persuna determinata ħafna. Meta npoġġi rasi u qalbi f'xi ħaġa, ma nieqafx sakemm ninsab ċerta li tajt kollox. Ħafna drabi nħossni beżgħana - biża' li niddiżappunta, biża' li ġġiegħlek tistenna wisq, biża' li ma tkunx biżżejjed."

Emma tkompli: "Imma mbagħad nagħlaq għajnejja u nikkalma lili nnifsi. Nassigura ruħi billi naħseb dwar dak li qed nagħmel u dak li għamilt sa issa. Jien grata ħafna għall-familja u t-tim tiegħi li tant inħobb."

Tispiċċa l-messaġġ biex turi kemm hi kuntenta bit-tim tagħha u tispjega għala tinsab kwieta: "Flimkien aħna forza inkredibbli. Ħadt dan il-perjodu twil biex insib ruħi u biex inkun ċerta minn dak li rrid nirrakkonta permezz tal-mużika tiegħi. Irrid nerġa’ nkun iktar b’saħħti minn qatt qabel... biex nuri fuq dak li kont qed naħdem. Inħobbkom."


Emil Calleja Bayliss