L-4 ta' Ottubru wara l-bieb u tant ieħor hu l-kunċert ta' Radio Italia, aktar kmieni matul il-ġurnata l-kantanta Emma Marrone ħabbret li mhux ħa tkun qed tagħmel il-vjaġġ tagħha lejn Malta u għalissa ħa tieħu pawża mill-karriera mużikali tagħha. 

View this post on Instagram

A post shared by Emma Marrone (@real_brown) on

Emma skużat ruħha mas-segwaċi tagħha, speċjalment lil dawk kollha li qatgħu l-biljetti tal-ajru u akkomodazzjoni biex jinżlu jaraw lil kantanta ġewwa Malta. Tgħid li ma għandhomx idea kemm tixtieq tkun fuq dak il-palk tkanta għal dik l-udjenza. 

Hi qalet li ħa jkollha tieqaf minħabba problemi ta' saħħa, il-midja Taljan qed tispekula li l-kantanta jista' jkun reġgħet ħarġitilha l-marda tal-cancer wara li fil-passat kienet iġġieldet u rebħet fuq din il-marda. 

View this post on Instagram

A post shared by Emma Marrone (@real_brown) on

Fuq il-midja soċjali tagħha xeħtet kwotazzjoni ta' John Lennon li tgħid "il-ħajja hija x'jiġri lilek meta int tkun intenzjonat li tagħmel pjanijiet oħra." 

Instagram / Emma Marrone


Emil Calleja Bayliss