Fuq il-paġna tiegħu ta' Instagram ir-raġel ta' Anthea Bonnici Zammit, Brian, kiteb li għadhom kemm laqgħu f'ħajjithom lil binthom Emilia Rose.
"Qalbna qed tfur bl-imħabba hekk kif nintroduċu l-membru l-iżjed ġdid fil-familja tagħna. Emilia Rose twieldet illum, id-29 ta’ Diċembru 2024 fis-07:49 ta' filgħodu. Ninsabu grati ħafna li ġejna appoġġjati minn tim tant mill-isbaħ ta’ qwiebel u tobba mill-Obstetrics 3 u mid-Delivery Suite fl-Isptar Mater Dei."
Waqt li jxerred ritratt mill-isbaħ wara t-twelid ta' binthom, ikompli, "Grazzi minn qalbna. Fl-aħħarnett, grazzi kbira lil marti... Inħobbok. Kemm l-omm u t-tarbija jinsabu tajbin immens u nħossuna mberkin li bdejna dan il-kapitlu ġdid bl-anġlu ċkejken tagħna."
Awguri minn qalbna, tassew ferħanin għalikom!
Facebook/ Anthea Bonnici Zammit