Waqt li ftit tas-sigħat ilu nqalgħet kommossjoni sħiħa f'Londra fuq il-London Bridge li jżuruh tant turisti, aħna minn Gwida nkwetajna wkoll għall-kollega tagħna Emil li bħalissa jinsab f'Londra.

Imma b'wiċċ il-ġid, Emil jinsab tajjeb.

Mid-dehra nqala' argument bejn grupp ta' persuni fejn saħansitra wieħed minnhom inqatel mill-pulizija Ngliża għaliex kien hemm xamma li kellu xi spulssiv.

Jidher ukoll li l-ebda persuna Maltija ma kienet involuta jew affetwata b'dan l-inċident.

Din id-dinja kollha nkwiet. Inħalluk tgawdi ftit Emil. Ħu ħsieb!!!

Ritratti: Emil Calleja Bayliss/Instagram/ Reuters


Clifford Galea