L-audition tagħha kienet l-iktar speċjali li rajna tul is-sensiela kollha u forsi ħafna kienu diżapuntati kif skoprew li Ema Vella spiċċat ġo grupp. Imma nistqarru li issa li smajniehom flimkien, ninsabu eċitati.

Ema, Demi, Chanelle u Megan flimkien għandhom xi ħaġa speċjali. Donnu l-ġurija innutaw dan u b'hekk għaqduhom flimkien. Xorta leħen Ema jiswa mitqlu deheb imma fil-grupp ukoll ħa jkollna cans ingawduh u napprezzawh.

Eċitati sabiex nisimgħu aktar mingħand dan il-grupp, jidher li huma versatili u l-ilħna kollha għandhom xi ħaġa speċjali dwarhom!

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss