29 sena ilu, il-kantant Elton John ħa d-deċiżjoni li ma jmissx aktar alkoħol wara l-problema li kienet ħakmitu, ta’ abbuż mix-xorb.

Fuq Facebook il-kantant kiteb:

29 sena ilu kont raġel imkisser.

Għamilt il-kuraġġ u għidt 3 kelmiet li bidluli ħajti ‘Għandi bżonn l-għajnuna’.

Grazzi lil dawk li għenuni fil-vjaġġ tiegħi mingħajr alkoħol.

Grat għal dejjem.

Is-segwaċi tiegħu kienu min tal-ewwel li awgurawlu għal din il-kisba, b’diversi kummenti pożittivi li jirriflettu kemm il-kantant huwa ta’ ispirazzjoni għal dawk li jsegwuh.

Elton John affaċja diversi sfidi f’ħajtu, fostom abbuż mid-droga, bulimja u mard mentali. Elton John huwa miżżewweġ lil David Furnish u flimkien għandom żewġt itfal, Zachary ta’ 8 snin u Elijah ta’ 6 snin.

Facebook / @EltonJohn


Luke Borg