Illejla f'waħda mill-istejjer fuq instagram, il-mara tal-preżentatur popolari Ben Camille ħabbret li ma tistax iżżomm aktar bl-eċitament u tinsab tqila bit-tieni tarbija għal din il-koppja. Milli jidher iċ-ċkejkna Elle, fi ftit xhur oħra ħa jkollha ma' min tilgħab u taqsam il-ġugarelli tagħha. Dan il-filmat li xeħet Ben fuq il-mezzi soċjali tiegħu, kien mid-dar il-ġdida li l-koppja bħalissa qed jippreparaw sabiex aktar 'il quddiem jimxu fiha.

Jidher li mad-dar il-ġdida għal din il-koppja, ħa jkollhom  ukoll tarbija ġdida. Ben u Xtina vera ninsabu ferħana b'din l-aħbar u nawgurawlkom tqala mill-aqwa b'futur mill-isbaħ. Iċ-ċkejkna Elle tista' tgħid għandha wiċċ ta' anġlu u ċerti li t-tarbija li ġejja fid-dinja mhux ħa tkun b'inqas meta kemm ommha u kemm missierha huma daqshekk ħelwin. 

F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlkom l-isbaħ xewqat f'dan iż-żmien tant għażiż għalikom. 

Facebook / Ben Camille


Emil Calleja Bayliss